KWARTETT – Erba’ Drammi Qosra ta’ Stefan Galea Debono
ראשון 22/11/2026
ליינאפ
KWARTETT – Erba’ Drammi Qosra ta’ Stefan Galea DebonoErba’ stejjer. Temi varji. Serata waħda ta’ teatru.Kwartett jiġbor flimkien erba’ drammi qosra li jvarjaw bejn id-drama, il-kummiedja, l-emozzjoni u mumenti mhux mistennija. Erba’ stejjer indipendenti minn xulxin, kull waħda bil-karattri, it-ton u d-dinja tagħha.BLA KUNDIZZJONIWilliam, missier b'diżabilità, irabbi lil ibnu Alex ta’ 13-il sena. Iżda meta l-ħajja ta’ kuljum tibda tqajjem mistoqsijiet dwar il-kapaċità tiegħu bħala missier, l-imħabba bla kundizzjoni tiegħu titpoġġa kontra dak li titlob is-sistema.DEĊIŻJONIMatt, tifel ta’ 11-il sena, isib ruħu bejn żewġ figuri misterjużi: il-Ħajja u l-Mewt. Quddiemhom irid jagħmel għażla diffiċli, iżda d-deċiżjoni li għandu quddiemu mhix eżattament dik li għall-ewwel tidher.INBID U CRACKERSLaqgħa bejn Father William u Mrs Grima tibda b’konverżazzjoni sempliċi, iżda malajr tinbidel f’sensiela ta’ nuqqas ta’ ftehim u sitwazzjonijiet komiċi li ħadd minnhom ma kien qed jistenna.KALIFORNJAAlex u Amy jiltaqgħu b’kumbinazzjoni f’kafetterija. Laqgħa li tibda b’mod innoċenti, iżda aktar ma jsiru jafu lil xulxin, aktar il-konverżazzjoni bejniethom tieħu xejra intriganti.Atturi:Shawn Ciantar, Maria Laura Vella Clark, Justin Calleja, Iven Zerafa, Abigail Borg, Stefania Attard Vella, Stefan Galea Debono, Nicholas Frendo u Julian Busuttil.Direzzjoni: Stefan Galea Debono u Steve Cilia21 u 22 ta’ Novembru 2026Sala Dumnikana, Triq il-Kunvent, il-BirguĦin: 7:00pmDħul fit-teatru: 6:30pmEtà: 16+ (Taħt is-16-il sena akkumpanjati minn adult)Parkeġġ b’xejn huwa disponibbli f’Bormla, ftit minuti mixi mis-Sala Dumnikana, fl-inħawi fejn isir il-Cospicua Short Play Festival.